Tkun ilek tgħix għal żmien twil fil-qalba tal-pajjiż sa minn meta tkun waqgħetlek zokortok, qajla tinduna li qed jinbidel.Mhux hekk fil-każ ta’ Herbert Ganado li b’dawk is-snin kollha li għaddew minn fuq il-kitba tiegħu, il-pinna mirquma li kellu xorta ħadd ma jirbħilha.
Peress li Ganado kien tradizzjonalista u konservattiv kbir tant li kien jammira lil Generalissimo Francisco Franco, tabilfors kien jara lil Malta tinbidel u hu u jagħmel dan kien jagħli bl-inkwiet. Tant xtaq li Malta ma tinbidilx li kien jinkwieta jaraha qed tinbidel. Forsi proprju għalhekk il-kwadretti narrativi tiegħu mimlija notstalġija tal-passat huma daqstant irfinuti u impressjonanti.
Orsijiet polari
F’Malta m’għandniex orsijiet polari jitqabdu ma’ xi sikka tas-silġ biex ma jegħrqux fl-ilma ffriżat li jġibuna in se u jiftħulna għajnejna li l-klima qed tinbidel u magħha d-dinja, għall-agħar u mhux għall-aħjar.Għall-grazzja t’Alla diżastri naturali bħal tsunamijiet u uragani m’għandniex imma dawn iġagħluna nirrealizzaw, jekk mhux bis-sewwa bid-dnewwa, li t-tbagħbis tal-bniedem man-natura qed iwassal biex il-klima tinbidel b’mod li jipperikolalna ħajjitna.
Fin-nuqqas tal-orsijiet polari, f’Malta kollox to scale skont id-daqs nanu ta’ pajjiżna, huma l-friefet u n-naħal li jistgħu jservu biex jiftħulna għajnejna.Madwar erba’ snin ilu f’pajjiżna kellna invażjoni pjaċevoli ħafna u mhux mistennija. Għal xi ġranet f’Malta kienet imtliet bi friefet il-ġmiel tagħhom kollha kuluri. Dik kienet tassew rebbiegħa ġdida għal Malta, fil-veru sens tal-kelma. Ma nistax nimmaġina kif dik il-kwantità kbira ta’ friefet qasmet dawk il-mili kollha ta’ baħar biex imbagħad straħu għal ftit f’Malta.Imnalla ma kinux għasafar għax żgur kienu jsibu s-saħta u jħaffru l-qabar tagħhom f’Malta. Din l-invażjoni barranija fakkritna li xi darba kienu jeżistu friefet ġewwa pajjiżna. Mhux friefet il-lejl, għax dawk ilhom li ġew estinti, bl-aħħar battalja li kienet saret lejn l-aħħar tat-Tmeninijiet u d-Disgħinijiet minn Żgħażagħ għall-Ambjent u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa biex jiġi salvat Għar il-Friefet.
Fin-nuqqas tal-orsijiet polari, f’Malta kollox to scale skont id-daqs nanu ta’ pajjiżna, huma l-friefet u n-naħal li jistgħu jservu biex jiftħulna għajnejna.Madwar erba’ snin ilu f’pajjiżna kellna invażjoni pjaċevoli ħafna u mhux mistennija. Għal xi ġranet f’Malta kienet imtliet bi friefet il-ġmiel tagħhom kollha kuluri. Dik kienet tassew rebbiegħa ġdida għal Malta, fil-veru sens tal-kelma. Ma nistax nimmaġina kif dik il-kwantità kbira ta’ friefet qasmet dawk il-mili kollha ta’ baħar biex imbagħad straħu għal ftit f’Malta.Imnalla ma kinux għasafar għax żgur kienu jsibu s-saħta u jħaffru l-qabar tagħhom f’Malta. Din l-invażjoni barranija fakkritna li xi darba kienu jeżistu friefet ġewwa pajjiżna. Mhux friefet il-lejl, għax dawk ilhom li ġew estinti, bl-aħħar battalja li kienet saret lejn l-aħħar tat-Tmeninijiet u d-Disgħinijiet minn Żgħażagħ għall-Ambjent u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa biex jiġi salvat Għar il-Friefet.Lanqas farfett tal-kaboċċi u l-pastard m’għadek tilmaħ fil-kampanja tagħna, aħseb u ara l-friefet eżotiċi minn dawk li rajna erba’ snin ilu.Lanqas il-ġemel imqammel u x-xadini proverbjali ta’ Sant’Anton wara l-ħadid imsaddad m’għad għandna x’nuru lit-tfal tagħna, aħseb u ara l-ħolqien fl-istat naturali tiegħu. Il-fatt li llum m’għadekx tara mqar farfett wieħed itir minn fjura għall-oħra mbagħad kotor insett li qerdilna dak il-palm kollu f’pajjiż nieqes daqstant mis-siġar, aktar minn biżżejjed biex jurina l-kitba fuq il-ħajt li titkellem waħidha - it-tibdil fil-klima laħaq livell li qed jgħakkar lin-natura.
Naħal
Minbarra l-friefet kull ma jmur anki n-naħal qed isiru speċi iktar rari fil-ġonna u fil-kampanja
tagħna. Skont studji xjentifiċi internazzjonali ppubblikati dan l-aħħar, fost il-fatturi li qed jikkontribwixxu biex jisparixxu n-naħal għal darb’oħra nsibu t-tibdil fil-klima. In-naħla tagħti sehem importanti fiċ-ċiklu tan-natura, speċjalment fid-dakra tal-fjura tas-siġar tal-frott. Hu kkalkulat li l-valur tad-dakkir tan-naħal fil-produzzjoni agrikola dinjija hu ta’ madwar €150 biljun. Li kieku qatt in-naħal jisparixxi minn wiċċ id-dinja, il-produzzjoni agrikola li jifdal ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa d-domanda dinjija.
tagħna. Skont studji xjentifiċi internazzjonali ppubblikati dan l-aħħar, fost il-fatturi li qed jikkontribwixxu biex jisparixxu n-naħal għal darb’oħra nsibu t-tibdil fil-klima. In-naħla tagħti sehem importanti fiċ-ċiklu tan-natura, speċjalment fid-dakra tal-fjura tas-siġar tal-frott. Hu kkalkulat li l-valur tad-dakkir tan-naħal fil-produzzjoni agrikola dinjija hu ta’ madwar €150 biljun. Li kieku qatt in-naħal jisparixxi minn wiċċ id-dinja, il-produzzjoni agrikola li jifdal ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa d-domanda dinjija.Al Gore
Tmien snin ilu għal ftit mijiet ta’ voti fl-istat ta’ Florida kien rebaħ l-elezzjonijiet Presidenzjali Amerikani George Bush a spejjeż ta’ Al Gore li mill-pajjiż kollu ġab il-maġġoranza tal-voti, anki jekk fil-kulleġġ elettorali ġab il-minoranza tas-siġġijiet.Imma l-Istati Uniti tal-Amerka ma twasslitx f’xifer ta’ preċipizju ta’ gwerra ċivili li kienu għoddhom w
asluna fih ċerti nies hawn Malta wara r-riżultat elettorali pervers tal-elezzjoni ġenerali tal-1981.Fl-Istati Uniti, wara deċiżjoni tal-Qorti Suprema dwar il-votazzjoni fi Florida, kulħadd aċċetta r-riżultat tal-elezzjoni tas-sena 2000 qisu qatt ma kien xejn. Imma f’Malta bejn l-1981 u l-1987 konna għamilna ħames snin u nofs interrqu u nittertqu f’baħar ta’ nkwiet liema bħalu.Biex tgħaxxaqha r-riżultat tal-elezzjonijiet Amerikani, mhux bħall-elezzjonijiet ta’ Malta, jaffettwaw biss dak li jiġri f’din iż-żibġa ta’ gżira, imma għandhom impatt qawwi fuq il-bqija tad-dinja. Vera li kieku waqa’ u kiser siequ. Imma li kieku tela’ Al Gore u mhux George Bush l-unika superpotenza li għad fadal fid-dinja ma kinitx taġixxi b’mod unilaterali kif ifettlilha u minflok tagħmel ta’ rasha, kienet terfa’ iktar responsabbiltà u tirratifika konvenzjonijiet internazzjonali bħal dik ta’ Kyoto dwar il-ħarsien tal-klima. Avolja m’aħniex se nivvutaw fl-4 ta’ Novembru li ġej xorta waħda nistgħu niġu affettwati mhux ftit bl-għażla li jrid jagħmel il-poplu Amerikan bejn Barack Obama u John McCain. Għażla li żgur tħalli effett fuq il-qagħda ekonomika, il-politika ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli u r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kull pajjiż fid-dinja.Ma nistgħux inkunu indifferenti quddiem għażliet importanti bħal dawn, jew agħar minn hekk, nimxu bil-preġudizzji jew naqgħu f’kontradizzjonijiet kbar.
asluna fih ċerti nies hawn Malta wara r-riżultat elettorali pervers tal-elezzjoni ġenerali tal-1981.Fl-Istati Uniti, wara deċiżjoni tal-Qorti Suprema dwar il-votazzjoni fi Florida, kulħadd aċċetta r-riżultat tal-elezzjoni tas-sena 2000 qisu qatt ma kien xejn. Imma f’Malta bejn l-1981 u l-1987 konna għamilna ħames snin u nofs interrqu u nittertqu f’baħar ta’ nkwiet liema bħalu.Biex tgħaxxaqha r-riżultat tal-elezzjonijiet Amerikani, mhux bħall-elezzjonijiet ta’ Malta, jaffettwaw biss dak li jiġri f’din iż-żibġa ta’ gżira, imma għandhom impatt qawwi fuq il-bqija tad-dinja. Vera li kieku waqa’ u kiser siequ. Imma li kieku tela’ Al Gore u mhux George Bush l-unika superpotenza li għad fadal fid-dinja ma kinitx taġixxi b’mod unilaterali kif ifettlilha u minflok tagħmel ta’ rasha, kienet terfa’ iktar responsabbiltà u tirratifika konvenzjonijiet internazzjonali bħal dik ta’ Kyoto dwar il-ħarsien tal-klima. Avolja m’aħniex se nivvutaw fl-4 ta’ Novembru li ġej xorta waħda nistgħu niġu affettwati mhux ftit bl-għażla li jrid jagħmel il-poplu Amerikan bejn Barack Obama u John McCain. Għażla li żgur tħalli effett fuq il-qagħda ekonomika, il-politika ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli u r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kull pajjiż fid-dinja.Ma nistgħux inkunu indifferenti quddiem għażliet importanti bħal dawn, jew agħar minn hekk, nimxu bil-preġudizzji jew naqgħu f’kontradizzjonijiet kbar.Berlusconi
Ir-realtà virtwali tal-internet tikxef ċertu għawar li altrimenti ma tantx jinkixef. Ma nistax nifhem b’liema loġika nies li huma attivi, ngħidu aħna fil-Partit Laburista, jistgħu fl-istess ħin ikunu simpatizzanti ta’ John McCain jew ta’ Silvio Berlusconi, biex inkun semmejt biss żewġ eżempji.Għalija hi anatema mill-kbar li Laburist ta’ veru qatt xi darba jista’ jammira lil xi ħadd bħal Berlusconi, politiku tal-Lemin, li jagħmel liġijiet kif jaqbel lilu personalment biex jaħrab mill-id tal-ġustizzja u li ħoloq speċi ta’ partit permezz tal-impjegati u l-konsulenti tal-kumpaniji privati tiegħu, fejn hu jiddetta u jiddeċiedi kollox waħdu.Allaħares għad xi darba naslu f’punt fejn iktar Laburisti jagħmlu ‘role model’ tagħhom politikanti bħal McCain jew Berlusconi għax hemmhekk vera jkun spiċċa kollox.Il-programm Porta a Porta tat-Tnejn li għadda kellu bħala mistieden speċjali lil Silvio Berlusconi li offra spettaklu ikbar minn tas-soltu.
F’mument minnhom feġġet ukoll fl-istudjo Valentina Vezzali, kampjonessa Olimpika tal-fencing li rregalat xabla lil Berlusconi bħala tifkira u stednitu biex jiddwella magħha.“Lanqas noħlomha li mmissek bix-xabla,” sklama Berlusconi avolja hu Kavallier. Vezzali weġbitu: “Xi ħadd bħalek ma niddejjaq xejn inħallih imissni, sur President.” Mument ta’ spettaklu televiżiv liema bħalu li seraq ix-xena u spikka fuq id-diskors politiku kollu li sar matul is-serata. Mument ieħor ikkulurit ħafna kien meta poġġiet bilqiegħda ħdejn Berlusconi l-Miss Italia l-ġdida Miriam Leone. Ma naqasx il-ħars minn taħt ta’ Berlusconi lejn kuxxtejn Miss Italia. Avolja għandu 72 sena skorruti, biż-żebgħa tgħatti x-xagħar abjad u t-tiġbid jgħatti t-tikmix, Berlusconi għadu jrid u ma jiddejjaq xejn jilgħabha tal-playboy, ġieli anki ma’ kapijiet ta’ stati bħall-President tal-Finlandja.
Hedging
Li ħareġ minn dan il-programm ta’ Vespa ta’ interess għalina l-Maltin kienet l-aħbar li bejn Lulju u Awwissu li għadda l-petrol u d-diesel fl-Italja roħsu bejn erba’ jew ħamsa fil-mija. Mentri għal xi raġuni jew oħra f’Malta baqa’ ma ċċaqlaq xejn minn fejn kienu l-prezzijiet fix-xhur ta’ qabel u dan minkejja li l-prezz internazzjonali taż-żejt niżel sostanzjalment fil-ġimgħat li għaddew. Minn kif jidher, il-prezz tal-fuel f’Malta mhux qed jirrifletti ċ-ċaqliq pożittiv li kien hemm fil-prezzijiet internazzjonali għax hemm fin-nofs xi hedging agreement. Kemm qegħdin sew min jaf jarana!Il-hedging minn ħażin, f’daqqa waħda sar tajjeb, imma meta kellu jsir ma sarx u meta ma kellux isir, sar. Il-poplu jkollu jibqa’ jaqla’ u jibla’ ġo fih minn dan il-Gvern ta’ minoranza li rebaħ elezzjoni ġenerali bi ftit voti imma b’ħafna ingann, qerq u gideb, imma li qed iġib ruħu daqs li kieku rebaħ b’maġġoranza ta’ xi 20,000 vot.


Il-moral ftit ftit reġa’ beda jogħla u qed tiġġedded fina t-tama mhux biss li nirbħu l-elezzjoni ġenerali, imma li jkollna l-opportunità li nagħmlu l-ġid lil dal-pajjiż. Biex naslu fil-punt li jkollna l-fiduċja tal-maġġoranza tal-votanti, irridu naħdmu qattiegħ u bla heda biex il-Partit Laburista tassew isir il-fabbrika ta’ l-ideat li jrid jagħmel minnu l-Mexxej Joseph Muscat. Fabbrika li minnha mbagħad joħorġu l-‘policies’ li jagħmlu mill-Partit Laburista mhux sempliċi gvern alternattiv li jieħu post in-Nazzjonalisti għax ikunu ddekadew mill-poter, imma li jwasslu biex ikollna l-aħjar gvern li dan il-pajjiż jista’ jkollu. Il-bibien ta’ din il-fabbrika jridu ikun miftuħin għal kull minn hu ta’ rieda tajba u li jixtieq jagħti kontribut lill- Partit bil-ħsibijiet u l-ħiliet kollha tiegħu.

