Bil-ħaqq, jgħidu li kien hemm żmien fil-perjodu ta’ bejn iż-żewġ gwerer fejn Winston Churchill kien qed jikkorrispondi ma’ Mussolini biex ipartat lil Malta ma’ parti mill-Eritrea. Imbagħad hawn ċerti kittieba ta’ l-istorja li jsostnu li saħansitra anki l-Perit Mintoff kien hemm żmien fil-bidu tas-sittinijiet meta dan kien qed ipaspar li Malta ssir parti mill-Italja. Fanta-politika
Intant wara li Napuljun keċċa lill-kavallieri minn Malta, ħafna mill-Kavallieri kienu spiċċaw sabu rifuġju f’San Pietroburgu fir-Russja. Eventwalment l-Imperatur Pawlu I kien elett bħala Gran Mastru ta’ l-Ordni u dan it-titlu ġdid tiegħu kompla jissaħħaħ wara li abdika minn Gran Mastru Ferdinand von Hompesch. Meta kien ffirmat it-Trattat ta’ Amiens bejn Franza u r-Renju Unit fl-1802, Malta u Għawdex għaddew lura f’idejn l-Ordni tal-Kavallieri u kienu dikjarati bħala newtrali. Imbagħad issib lil min jgħidlek li n-newtralità ta’ Malta m’għadhiex rilevanti.
B’hekk li kieku l-Kavallieri ġew lura Malta, seta’ ġara li eventwalment konna nsiru parti mill-Imperu Russu u nitmexxew direttament mill-Kremlin u konna niġu ottu aktar milli aħna. Imma li kieku waqa’ u kiser siequ. Lil hinn mid-dinja tal-fanta-politika, hawn minn isostni b’niskata raġun, li x-xeni li rajna fil-ftuħ tal-Parlament il-ġdid kienu jixbhu ħafna x-xeni li rajna fil-Kremlin ftit tal-jiem qabel, bil-miġja ta’ dak li llum suppost huwa l-President ġdid tar-Russja, Dimitry Medvedev.
Vladimir Putin
Sintendi ix-xebh żgur mhux riżultat tal-paragun
bejn il-parata militari li saret fil-Main Guard bis-soltu erbgħa tużżani suldati u l-parata militari li saret fil-Pjazza l-Ħamra fil-Kremlin bit-tankijiet u missili gwidati fejn ir-Russja riedet tagħti x’tifehem li hi armata sa snienha anki jekk b’ħafna armamenti msadda u skaduti.Ir-Russja kemm meta kienet parti mill-Imperu taħt il-Kżarijiet u anki meta saret parti minn imperu ta’ tip ieħor li kien jismu Unjoni Sovjetika, matul is-snin twal ta’ l-istorja kienet mixgħufha mhux ftit b’esperjenzi ta’ tmexxijiet despotiċi u tiranniċi li ma kienu jintemmu qatt ħlief b’xi mewta naturali jew l-għafsa ta’ xi grillu.
bejn il-parata militari li saret fil-Main Guard bis-soltu erbgħa tużżani suldati u l-parata militari li saret fil-Pjazza l-Ħamra fil-Kremlin bit-tankijiet u missili gwidati fejn ir-Russja riedet tagħti x’tifehem li hi armata sa snienha anki jekk b’ħafna armamenti msadda u skaduti.Ir-Russja kemm meta kienet parti mill-Imperu taħt il-Kżarijiet u anki meta saret parti minn imperu ta’ tip ieħor li kien jismu Unjoni Sovjetika, matul is-snin twal ta’ l-istorja kienet mixgħufha mhux ftit b’esperjenzi ta’ tmexxijiet despotiċi u tiranniċi li ma kienu jintemmu qatt ħlief b’xi mewta naturali jew l-għafsa ta’ xi grillu. Kien għalhekk li meta saret il-kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, ħasbu għall-
provvediment li kien jagħmilha mpossibbli li l-istess persuna tagħmel iktar minn żewġ perjodi ta’ ħames snin bħala president ta’ dak il-pajjiż. Imma Vladimir Putin mhuwiex it-tip li jaqta’ qalbu malajr, u l-Kostituzzjoni bħal-liġijiet l-oħrajn kollha li qiegħdin hemm biex jinkisru jew biex wieħed idur magħhom. Putin sab wieħed mis-sostenituri fidili tiegħu biex joqgħodlu President, ħalli mbagħad dan jagħmlu Prim Ministru b’poteri estiżi bir-riżultat li Putin xorta waħda baqa’ jiddetta l-affarijiet fir-Russja.
provvediment li kien jagħmilha mpossibbli li l-istess persuna tagħmel iktar minn żewġ perjodi ta’ ħames snin bħala president ta’ dak il-pajjiż. Imma Vladimir Putin mhuwiex it-tip li jaqta’ qalbu malajr, u l-Kostituzzjoni bħal-liġijiet l-oħrajn kollha li qiegħdin hemm biex jinkisru jew biex wieħed idur magħhom. Putin sab wieħed mis-sostenituri fidili tiegħu biex joqgħodlu President, ħalli mbagħad dan jagħmlu Prim Ministru b’poteri estiżi bir-riżultat li Putin xorta waħda baqa’ jiddetta l-affarijiet fir-Russja. Louis Galea
Issa bħalma fir-Russja l-President taparsi żarma biex imbagħad spiċċa Prim Ministru, f’Malta l-affarijiet ġraw ħarira differenti, għax il-Prim Ministru taparsi kien żarma biex imbagħad erbat ijiem wara spiċċa sar President. U xi ngħidu għall-ħatra ta’ Dr Louis Galea bħala Speaker. Il-poplu jipproponi u dawk li jaħsbu li għandhom ir-riedni ta’ dan in-nazzjon f’idejhom, jiddisponu. Il-poplu tajjeb jew ħażin deherlu li Dr Galea kien għamel żmienu fil-politika, u għalhekk ħallih l-art fl-aħħar elezzjoni.
Flok kienet rispettata din il-volontà popolari, x’jagħmel il-Prim Ministru b’Louis Galea? Flok tah ħatra sekondarja bħala chairman x’imkien biex jirtira bil-kwiet, jagħtih promozzjoni u jelevah f’waħda mill-iktar karigi importanti ta’ dan il-pajjiż. Minn kemm ilu jkollna Parlamenti f’Malta, qatt ma ġara li figura kontroversjali bħal Louis Galea, front-liner fil-politika li fajjar daqs u iktar minn kemm qala’, jispiċċa jokkupa pożizzjoni mill-iktar delikata f’mument mill-iktar sensittiv politikament u f’inqas minn sena ma ndumux ma narawh elett bħala l-Gran Mastru tal-Kremlin.
Issa bħalma fir-Russja l-President taparsi żarma biex imbagħad spiċċa Prim Ministru, f’Malta l-affarijiet ġraw ħarira differenti, għax il-Prim Ministru taparsi kien żarma biex imbagħad erbat ijiem wara spiċċa sar President. U xi ngħidu għall-ħatra ta’ Dr Louis Galea bħala Speaker. Il-poplu jipproponi u dawk li jaħsbu li għandhom ir-riedni ta’ dan in-nazzjon f’idejhom, jiddisponu. Il-poplu tajjeb jew ħażin deherlu li Dr Galea kien għamel żmienu fil-politika, u għalhekk ħallih l-art fl-aħħar elezzjoni.Flok kienet rispettata din il-volontà popolari, x’jagħmel il-Prim Ministru b’Louis Galea? Flok tah ħatra sekondarja bħala chairman x’imkien biex jirtira bil-kwiet, jagħtih promozzjoni u jelevah f’waħda mill-iktar karigi importanti ta’ dan il-pajjiż. Minn kemm ilu jkollna Parlamenti f’Malta, qatt ma ġara li figura kontroversjali bħal Louis Galea, front-liner fil-politika li fajjar daqs u iktar minn kemm qala’, jispiċċa jokkupa pożizzjoni mill-iktar delikata f’mument mill-iktar sensittiv politikament u f’inqas minn sena ma ndumux ma narawh elett bħala l-Gran Mastru tal-Kremlin.
Għandek tgħid mill-ħolm bil-ftajjar ta’ Svizzera fil-Mediterran, spiċċajna bil-ħmar il-lejl ta’ Kremlin fil-Mediterran.
[artiklu li deher fil-gazzetta It-Torca tat-18 ta' Mejju, 2008]

1 comments:
hi Wenz,
Can you read me?
Tony
Post a Comment